hail
𝗗𝗜𝗖𝗘𝗠𝗕𝗥𝗨 𝟮𝟬𝟮𝟰 🧐 TEMPERATURI MAL-MEDJA IŻDA XOTT 😌☂️
🎲🎄 It-tnax u l-aħħar xahar tas-sena u l-ewwel xahar tax-#xitwa meteoroloġika, Diċembru 2024 kien xahar b'temperaturi ġeneralment mal-medja. Madankollu matul Diċembru 2024, għal darb'oħra kellna ferm inqas xita mill-medja klimatika; minkejja li 19 minn 31 jum kien fihom xi ftit xita.
🌡 It-Temperaturi f'Diċembru 2024:
🥵 Medja #massimi: 17.6°C
Medja klimatika: 17.8°C | Diskrepanza: 0.2°C➖
🥶 Medja #minimi: 11.9°C
Medja klimatika: 11.6°C | Diskrepanza: 0.3°C➕
📈 L-aktar temperatura għolja mkejla dax-xahar: 21°C (13/12)
📉 L-inqas temperatura (minima) mkejla f'Diċembru 2024: 7°C (30/12).
🌊 Temperatura medja tal-#baħar: 20.0°C
Medja klimatika: 17.8°C | Diskrepanza: 2.2°C➕
(Minn 21°C niżlet 19°C).
🌬 Ir-Riħ f'Diċembru 2024:
↘️ L-aktar direzzjoni dominanti: Punent Majjistru (WNW)
💨 L-aktar buffura qawwija: mill-Majjistral (NW) fl-20/12 (forza 😎.
🌫 F'xi jiem kalmi kellna xi rqajja' biċ-#ċpar kmieni mas-sebħ.
☔️ Xita f'Diċembru 2024:
🔢 Jiem bix-xita: 19 (minn 31)
⚡️ Maltempati bir-ragħad: 4 (3/12; 5/12; 16/12 u 23/12)
🌨 Jiem bis-silġ (hail): 3
•
📊 Dawn huma t-#totali tal-ammonti ta' #xita mkejla matul Diċembru 2024 minn 2️⃣4️⃣ lokalità (fil-parentesi t-totali mill-1 ta' Settembru 2024):
𝗠𝗔𝗟𝗧𝗔
Is-Siġġiewi: 64.3mm (214.1mm)
Iż-Żurrieq: 64.3mm (231.0mm)
Ħaż-Żebbuġ: 63.6mm (283.5mm)
Ħal Għaxaq: 55.7mm (197.8mm)
Ir-Rabat: 53.8mm (226.2mm)
L-Imsida: 52.6mm (234.1mm)
L-Imqabba: 50.8mm (202.2mm)
Iż-Żejtun: 43.7mm (181.7mm)
Ħal Lija: 39.7mm (223.5mm)
Ħal Tarxien: 39.3mm (191.3mm)
Ħad-Dingli: 38.3mm (176.3mm)
L-Imġarr: 35.6mm (181.1mm)
Birżebbuġa: 34.6mm (142.2mm)
Ħal Balzan: 31.7mm (198.7mm)
Il-Mosta: 28.6mm (223.4mm)
Il-Belt Valletta: 27.3mm (147.9mm)
Ħal Luqa: 26.6mm (130.7mm)
Il-Mellieħa: 26.2mm (147.3mm)
San Pawl il-Baħar: 22.0mm (188.3mm)
•
𝗚Ħ𝗔𝗪𝗗𝗘𝗫
Ix-Xewkija: 32.3mm (155.5mm)
L-Għarb: 31.5mm (242.4mm)
Ta' Sannat: 25.4mm (165.8mm)
In-Nadur: 23.8mm (134.8mm)
Ix-Xagħra: 22.6mm (150.5mm)
MEDJA #DIĊEMBRU 2024: 𝟯𝟵.𝟰𝗺𝗺 (101.5mm*)
MEDJA mill-1 ta' SETTEMBRU 2024: 𝟭𝟵𝟬.𝟴𝗺𝗺 (328.0mm*)
(* Il-valur indikat fil-parentesi huwa l-medja tax-xhur fuq medda ta' 100 sena)
🌦🌡〽️
📷 Andrea Muscat (Għawdex f'Diċembru 2024)
📊 Statistika: It-Temp Madwarna™